L-AIR MALTA TNIEDI L-ISKEDA TAS-SAJF
ONE.COM.MT • Mil-lum l-Air Malta bdiet topera l-iskeda tas-Sajf li din is-sena se tara ħmistax-il rotta ġdida, żieda fil-frekwenzi kif ukoll żieda fil-ġarr ta’ passiġġieri. Sabiex tilħaq il-miri tagħha, l-Air Malta ser iżżid żewġ ajruplani ġodda tat-tip Air Bus A320.