"Attakk fuq is-servizzi tas-sigurtà u l-Qrati"
Il-Gvern qed inawwar istituzzjonijiet importanti b'ħatra li tistabilixxi relazzjoni ta' klijentela bejn il-Gvern u maħtur tiegħu. Il-Gvern qed jagħmel ukoll attakk fuq is-Servizzi tas-Sigurtà u fuq il-Qrati b'ħatra f'kariga għolja ta' persuna li falliet il-kwalifiki tas-sigurtà, u dan bil-konferma tal-Qrati.
Hekk sostna il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ambjent Jason Azzopardi fi stqarrija maħruġa b'reazzjoni għall-ħatra ta' Mario Schembri bħala Direttur tal-Konformità u l-Infurzar Ambjentali.