MALTA FOST L-AQWA PAJJIŻI FIL-KLASSIFIKA TAS-SUQ INTERN.
ONE.COM.MT • Malta mill-ġdid fost l-aqwa pajjiżi fil-klassifika tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala Internal Market Scoreboard.
Malta marret tajjeb fl-implimentazzjoni tad-direttivi Ewropej tant li l-Kummissjoni Ewropea ħasset li kellha ssemmi lil Malta wara li għal ħames sena konsekuttiva kisbet punteġġ perfett fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-direttivi Ewropej.