INAWGURAT L-EWWEL ĊENTRU TAS-SAĦĦA REĠJONALI F’ĦAL KIRKOP.
ONE.COM.MT - Inawgurat iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Kirkop fejn b’investiment ta’ madwar miljun ewro, r-residenti minn Ħal Kirkop u tal-madwar ser ikunu jistgħu jibdew jirrikorru għall-kura minn hemmhekk.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat fejn tenna l-impenn tal-Gvern, li s-servizzi tas-saħħa jkunu b’xejn u ta’ kwalità għolja. Filwaqt li sostna li l-pjan tal-Gvern huwa li jiftaħ aktar Ċentri tas-Saħħa fir-reġjuni kif ukoll isir xogħol ta’ ristrutturar li jagħtu aċċess liberu lil kulħadd.