€75M. IŻJED GĦALL-QASAM TAS-SAĦĦA
ONE.COM.MT • Ġimgħa wara li nqara l-baġit u tħabbru l-pjani tal-Gvern għall-elfejn u dsatax, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar bosta proġetti u inizjattivi fil-qasam tas-saħħa fosthom ix-xiri ta’ mediċini ġodda għall-prostata u l-HIV. Għal dawn il-proġetti ġew allokati aktar minn sitt mija u ħamsa u tmenin miljun ewro – kważi d-doppju tal-fondi allokati lill-Ministeru tas-Saħħa fl-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista.