IMUT WARA LI WAQA’ MINN FUQ PONT F’TAS-SLIEMA.
ONE.COM.MT - Raġel ta’ sitta u għoxrin sena mil-Libja tilef ħajtu traġikament f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema. Il-mejjet, li huwa Libjan, huwa missier ta’ tifla.
B’reazzjoni għal dan l-inċident, il-General Workers’ Union appella għal aktar ħarsin tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol u sostniet li l-filmat li xxandar juri l-irresponsabbilità ta’ min iħaddem li ma assigurax li l-ħaddiema tiegħu jkunu liebsa l-ilbies protettiv li jipprovdilhom rbit sikur.
Fis-servizz li se nxandru biss parti qasira minn dan il-filmat li jista’ jimpressjona.