Il-Kunsill tas-Swieqi jidħol fi spiża biex isewwi l-ħsarat tal-vandali
Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi daħal fi spiża konsiderevoli biex kellu jsewwi diversi ħitan u tabelli ivvandalizzati bil-graffiti fost l-oħrajn fi Triq is-Swieqi u Triq is-Sidra. Kien bosta l-ilmenti tar-resident li daħħlu għand il-Kunsill Lokali dwar dan u saħansitra fuq bosta karozzi privati li spiċċaw mingħajr mirja li tqaċċtu.