Il-PN KONTRA L-INVESTIMENT PRIVAT FIL-QASAM TAS-SAĦĦA.
ONE.COM.MT - Il-Partit nazzjonalista baqa’ bl-istrateġija ta’ negattivita’ bl-attakk li jmiss issa huwa mmirat fuq is-settur tas-saħħa. F’konferenza tal-aħbarijiet id-deputati Jason Azzopardi u Mario Galea attakkaw l-investiment privat fil-qasam tas-saħħa kif ukoll fis-settur tal-enerġija. B’dan tal-aħħar, jittrasforma kumpanija falluta u għarkoppejha għal waħda li qed tagħmel il-qligħ minkejja li naqqset il-kontijiet tad-dawl b’25 fil-mija.