Innu tas-Sena Djoċesana Marjana
Innu tas-Sena Djoċesana Marjana 2018-2019
Versi: Francesco Pio Attard
Mużika: Joe Formosa
Kant: Georgina Gauci, Dorienne Portelli, Mariella Spiteri Cefai
Rikording: Pro Studios, Ta' Sannat
Vidjo: Dun Dominic M. Sultana
© Diocese of Gozo, January 2019
***
Talba-Innu tas-Sena Marjana
F’għeluq l-400 sena mill-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu
Tema: “Tibżax tieħu għandek lil Marija” (Mt 1:20)
Madonna Ta’ Pinu,
Omm Alla u Omm tagħna,
fi ħdanek jinxteħtu
uliedek ħerqana.
Talbitna f’dat-tempju
hi l’int tiġi għandna;
bħal Ġwanni u Ġużeppi
nilqgħuk f’qalbna u djarna.
Ġib miegħek lil Ibnek
ħa jdawwal triqatna;
imħażżma bil-Kelma
fid-dinja tibgħatna.
Fil-foqra ta’ żmienna
ikxfilna l-wiċċ tiegħu,
b’mantarek setgħani
kenninna taħt driegħu.
Għal seklu fuq ieħor
dal-kwadru rrakkonta
il-grazzji bħal xita
mit-tron tal-Assunta.
Ibq’ejja, Marija;
kun magħna f’kull ħin –
wassalna għand Kristu
fis-Sema henjin.
Għid 3 Ave Marija f’ġieħ it-tlitt ijiem li l-ġisem tal-Verġni Marija dam fil-qabar, kif talbet il-Madonna Ta’ Pinu lil Karmni Grima nhar it-22 ta’ Ġunju 1883.